Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Duro Sweden vs UASI (EASYCOVER)
(Kawża T-346/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EASYCOVER – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 54, 55, 63, 67, 68)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 75, 76)
3. Trade mark Komunitarja - Deċiżjoni tal-Uffiċċju - Rispett tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 79, 80)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EASYCOVER bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Duro Sweden AB
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali EASYCOVER għal prodotti fil-klassijiet 19, 24 u 27 – Applikazzjoni Nru 4114567
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinn) (UASI) tat-3 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4) hija annullata f’dak li jikkonċerna l-prodotti li jaqgħu fil-kategorija “monumenti mhux metalliċi”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Duro Sweden AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy