Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Jannar 2009 – Il-Kummissjoni vs Rednap
(Kawża T-352/07)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest tar-raba’ programm-qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni – Proġetti Rise u Healthline – Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati – Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem – Proċedura fil-kontumaċja”
Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jipprovdi għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ proġett fil-qasam ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni – Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet – Talba għar-rimbors ta’ ħlasijiet bil-quddiem, flimkien mal-interessi – Interessi moratorji (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 43, 48, 49)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb ir-rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità fil-kuntest tal-kuntratti DE 3010 (DE) Rise u HC 4007 (HC) Healthline, kif ukoll il-ħlas ta’ interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Rednap AB hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont ta’ EUR 334 375.49.
2)
Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 219 125.22 mill-1 ta’ Ġunju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista’ taqbeż, mill-1 ta’ Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.
3)
Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 115 250.27 mill-31 ta’ Mejju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr ma din ir-rata tkun tista’ taqbeż, mill-1 ta’ Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.
4)
Rednap hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy