Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 – Esber vs UASI – Coloris Global Coloring Concept (COLORIS)
(Kawża T‑353/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLORIS – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti COLORIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 15(2)(a) u Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Użu f’forma li ma għandhiex differenzi ta’ natura li jbiddlu l-karattru distintiv tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 15(2)(a) u 43(2) u (3)) (ara l‑punti 36, 50)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 1060/2006‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coloris Global Coloring Concept u Esber, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Esber, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva li fiha l-kelma COLORIS għal prodotti fil-klassi 2 – Applikazzjoni Nru 2817732
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Coloris Global Coloring Concept
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali nazzjonali Franċiża COLORIS għal prodotti fil-klassi 2 (Nru 98/717642)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Esber, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy