Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – Focus Magazin Verlag vs UASI – Editorial Planeta (FOCUS Radio)
(Kawża T-357/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FOCUS Radio – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti FOCUS MILENIUM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 28, 46)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Lulju 2007 (Każ R 269/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Editorial Planeta, SA, u Focus Magazin Verlag GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Focus Magazin Verlag GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali FOCUS Radio għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni Nru 2340289
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Editorial Planeta, SA.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi FOCUS MILENIUM, PLANETA FOCUS u PLANETA FOCUS 99 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Focus Magazin Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy