Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Procter & Gamble vs UASI – Prestige Cosmetics (P&G PRESTIGE BEAUTE)
(Kawża T-366/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali P&G PRESTIGE BEAUTE – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Prestige – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51, 85)
Suġġett
Rikors ippreżentant kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Prestige Cosmetics Srl u The Procter & Gamble Company.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
The Procter & Gamble Company
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali P&G PRESTIGE BEAUTE għal, inter alia, prodotti fil-klassi 3
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Prestige Cosmetics Srl
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi nazzjonali Prestige għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2) hija annullata.
2) L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ The Procter & Gamble Company marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
3) Prestige Company SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ The Procter & Gamble Company marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
4) Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
Full & Egal Universal Law Academy