Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-377/07)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi informatiċi li jikkonċernaw it-teknoloġiji ta’ interoperabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew – Ċaħdat tal-offerta ta’ offerent – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”
1. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punti 22, 90)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149) (ara l-punti 94-96, 105)
3. Rikors għal annullament - Motivi - Użu ħażin ta’ poter - Kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 109)
4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Oneru tal-prova - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 121, 122)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti fir-rigward ta’ “teknoloġiji ta’ interoperabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew” (ĠU S 128), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy