Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tad‑29 ta’ Ottubru 2009 – Peek & Cloppenburg vs UASI – Redfil (Agile)
(Kawża T‑386/07)
“Trade mark Komunitarja – Procedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Agile – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti Aygill’s – Raguni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 42-44)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1324/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u Redfil, SL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Redfil, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Agile għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni Nru 2659456
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Peek & Cloppenburg
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali Aygill’s għal prodotti fil-klassijiet 3, 6, 8, 9, 11, 14, 16, 18, 20, 21 u 24 sa 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1324/2006-2), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Peek & Cloppenburg.
3)
Redfil, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy