Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – France Télécom vs UASI (UNIQUE)
(Kawża T-396/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UNIQUE – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009] ”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-23)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 585/2007-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali UNIQUE bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
France Télécom
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali UNIQUE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38 – Applikazzjoni Nru 5312392
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
France Télécom hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy