Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – GretagMacbeth vs UASI (Taħlita ta’ 24 kwadru ta’ kuluri)
(Kawża T-400/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ta’ kulur – Taħlita ta’ 24 kwadru ta’ kuluri – Raġunjiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 39, 41-43, 50, 53-55)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 30/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, kompost minn 24 kwadru ta’ kuluri, bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
GretagMacbeth LLC
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark li tikkonsisti f’24 kwadru ta’ kuluri għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 42 – Applikazzjoni Nru 4634572
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) GretagMacbeth LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy