Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 – Caixa Geral de Depósitos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/07)
“FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall – Rikors għal annullament – Interess dirett – Inammissibbiltà – Klawżola ta’ arbitraġġ”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lil Stat Membru, dwar tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Deċiżjoni li ma timponix l-irkupru tal-ammonti mħallsa lill-benefiċjarji finali - Nuqqas ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-irkupru ta’ dawn l-ammonti li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali - Rikors ippreżentat mill-korp responsabbli għall-ġestjoni ta’ din l-għajnuna - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 61-90)
2. Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali stabbilita mill-klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni derogatorja għad-dritt komuni - Interpretazzjoni restrittiva - Talba intiża għall-ħlas tal-kumplament ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja - Talba li tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ arbitraġġ - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 99-102)
Suġġett
Talba għall-annullament parziali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) dwar is-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995, u talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumplament tal-għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 238 KE.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Caixa Geral de Depósitos, SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy