Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – Cohausz vs UASI – Izquierdo Faces (acopat)
(Kawża T-409/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva acopat – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COPAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 56(2)) (ara l-punti 37-77)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2007 (Każ R 289/2006-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Helge B. Cohausz u José Izquierdo Faces.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark figurattiva acopat għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1643782
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
José Izquierdo Faces
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Helge B. Cohausz
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali nazzjonali COPAT għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni:
Trade mark Komunitarja annullata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Helge B. Cohausz hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy