Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2009 – Bayern Innovativ vs UASI – Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)
(Kawża T-413/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni − Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LifeScience − Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Life Sciences Partners − Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 58)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 1545/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Life Sciences Partners Perstock NV u Bayern Innovativ – Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Bayern Innovativ – Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva li tikkonsisti f’rappreżentazzjoni kkulurita ta’ katina spirali tad-DNA, forma ovali u grilja kif ukoll, l-elementi verbali “LifeScience” fuq in-naħa ta’ isfel, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 3585957
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Life Sciences Partners Perstock NV
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva Komunitarja li tikkonsisti f’rappreżentazzjoni ta’ mara mhux liebsa mdawra b’katina tad-DNA spirali u li fiha l-elementi verbali “Life Sciences Partners”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 – Applikazzjoni Nru 2136026
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bayern Innovativ – Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy