Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat‑18 ta’ Ġunju 2009 – LIBRO vs UASI – Causley (LiBRO)
(Kawża T‑418/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LiBRO – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti LIBERO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-intervenjenti – Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Iffirmar tan-nota li tesponi l-aggravji quddiem il-Bord tal-Appell – Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49, 50, 59, 70-73)
2. Trade mark Komunitarja – Proċedimenti quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Trażmissjoni tal-komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju – Trażmissjoni permezz ta’ faks – Firma illeġġibbli (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 80(3)) (ara l-punt 30)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1454/2005‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dagmar Causley u LIBRO Handelsgesellschaft mbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
LIBRO Handelsgesellschaft mbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva u verbali LiBRO għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 9, 14, 16, 18, 20, 25, 28, 35, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2616753
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Dagmar Causley
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva LIBERO għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 – trade mark Komunitarja Nru 401141
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell annullata parzjalment
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talba ta’ Dagmar Causley hija miċħuda.
3)
LIBRO Handelsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż, ħlief għal dawk ta’ Dagmar Causley.
4)
Dagmar Causley għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy