Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009 – Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM)
(Kawża T-424/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OPTIMUM – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eżami tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizjattiva tiegħu stess – Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-26, 28, 34)
2. Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizjattiva tiegħu stess – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74) (ara l-punti 42-49)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2007 (Każ R 288/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OPTIMUM bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Pioneer Hi-Bred International, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali OPTIMUM għal prodotti fil-klassi 1 – Applikazzjoni Nru 4893053
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pioneer Hi-Bred International, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy