Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Marzu 2010 – Mirto Corporación Empresarial vs UASI – Maglificio Barbara (Mirtillino)
(Kawża T-427/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Mirtillino – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MIRTO – Raġuni relativa għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40-42, 81)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 875/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Creaciones Mirto SA u Maglificio Barbara Srl.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Maglificio Barbara Srl
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Mirtillino għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 –Applikazzjoni Nru 3252467
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:
Creaciones Mirto, SA; ir-rikorrenti wara t-trasferiment tat-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali “MIRTO” (Trade mark Komunitarja Nru 1653351) għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 u diversi trade marks oħra verbali u figurattivi nazzjonali MIRTO
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mirto Corporación Empresarial, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy