Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2009 – Bodegas Montebello vs UASI – Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)
(Kawża T-430/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTEBELLO – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 36, 39)
2. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu parzjali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 42, 43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Settembru 2007 (Każ R 223/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Montebello, SA u Montebello SARL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Montebello SARL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 2666386
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Bodegas Montebello, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Spanjola MONTEBELLO għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 1148196
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell milqugħ u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bodegas Montebello, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy