Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – New Look vs UASI (NEW LOOK)
(Kawża T-435/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEW LOOK – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 18, 23-26)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 670/2007-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEW LOOK bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat‑trade mark Komunitarja:
New Look Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali NEW LOOK għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25, 26 u 35 – Applikazzjoni Nru 2932606
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
New Look Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy