Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Dominio de la Vega vs UASI – Ambrosio Velasco (DOMINIO DE LA VEGA)
(Kawża T-458/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26-29, 45-55)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Dominio de la Vega, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva DOMINIO DE LA VEGA għal prodotti fil-klassijiet 33, 42 u 43 – Applikazzjoni Nru 2789576
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Ambrosio Velasco, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja figurattiva PALACIO DE LA VEGA għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 78147
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha li kontrihom kienet magħmula, fil-klassi 33, u applikazzjoni miċħuda għal dawn il-prodotti
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dominio de la Vega, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy