Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Ir‑Raba’ Awla) tas‑17 ta’ Ġunju 2009 – Korsch vs UASI (PharmaResearch)
(Kawża T‑464/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PharmaResearch – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 30, 37, 42)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 924/2007‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PharmaResearch bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Korsch AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali PharmaResearch għall-prodotti u servizzi fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 5309836
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Korsch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy