Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2010 – Enercon vs UASI – Hasbro (ENERCON)
(Kawża T‑472/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENERCON – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TRANSFORMERS ENERGON – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 44, 45)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 959/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hasbro, Inc. u Enercon GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Enercon GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark Komunitarja verbali ENERCON għall-prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 28 u 32 – Applikazzjoni Nru 3326031
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Hasbro, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja verbali TRANSFORMERS ENERGON għall-prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 28, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 3151121) kif ukoll it-trade marks preċedenti, mhux irreġistrati TRANSFORMERS ENERGON u ENERGON
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy