Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 – Notartel vs UASI – SAT.1 (R.U.N.)
(Kawża T‑490/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R.U.N. – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti ran – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar‑Regolament Nru 207/2009) – Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 52, 71)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1267/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SAT.1 SatellitenFernsehen Gmbh u Notartel SpA – Società informatica del Notariato.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Notartel SpA — Sociétà informatica del Notariato
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali R.U.N. għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 1069863
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
SAT.1 SatellitenFersehen GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali ran għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 9, 35, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell milqugħ parzjalment fir-rigward ta’ ċerti servizzi fil-klassijiet 38 u 42
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Notartel SpA – Società informatica del Notariato hija kkundannata għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy