Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat‑23 ta’ Settembru 2009 – GlaxoSmithkline et vs UASI – Serono Genetics Institute (FAMOXIN)
(Kawżi T‑493/07, T‑26/08 u T‑27/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali FAMOXIN – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti LANOXIN – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Prova tal-użu – Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 52(1)(a)) (ara l-punti 50‑57, 73-76)
Suġġett
Tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2007 (Każ R 8/2007-1), tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 10/2007-1), u tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 9/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, GlaxoSmithkline SpA, Laboratórios Wellcome de Portugal, L da u The Wellcome Foundation Ltd u, min-naħa l-oħra, Serono Genetics Institute SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali FAMOXIN għall‑prodotti u s-servizzi fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 2491298
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Serono Genetics Institute SA
Partijiet li qegħdin jitolbu d‑dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
GlaxoSmithkline SpA; Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda; u The Wellcome Foundation Ltd
Dritt tat-trade mark tal-parti li qiegħda titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade marks nazzjonali verbali LANOXIN għall-prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni:
Talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appelli miċħuda
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T‑493/07, T‑26/08 u T‑27/08 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.
2)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
3)
GlaxoSmithkline SpA, Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda u The Wellcome Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy