Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Mejju 2011‑ IIC – Intersport International vs UASI – McKenzie (McKENZIE)
(Kawża T-502/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva McKENZIE – Trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti McKINLEY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50-52)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1425/2006‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The McKenzie Corporation Ltd u IIC – Intersport International Corp. GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
The McKenzie Corporation Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark Komunitarja figurattiva McKENZIE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25, 36 u 37 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2664423
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
IIC – Intersport International Corp. GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja preċedenti MCKINLEY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 20, 22, 25 u 28 u trade mark Komunitarja preċedenti MCKINLEY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 18, 20, 22, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi u reġistrazzjoni tat-trade mark awtorizzata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
IIC – Intersport International Corp. GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy