7.7.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 155/35
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2007 — ThyssenKrupp Liften vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-154/07)
(2007/C 155/64)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: ThyssenKrupp Liften BV (Krimpen aan den IJssel, l-Olanda) (rappreżentanti: O.W. Brouwer u A.C.E. Stoffer, Avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tirrigwardaha;
—
sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti;
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)512 finali (każ COMP/E-1/38.823 — PO/Elevators and Escalators).
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-istess motivi mressqa fil-kawża T-144/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs vs Il-Kummissjoni.
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1/2003 (1), u l-Linji ta' gwida għall-kalkolu tal-multi bbażati fuqu (2), kif ukoll il-priniċpju ta' proporzionalità u l-prinċipju ta' trattament ugwali, billi żiedet l-ammont inizjali tal-multa b'fattur dissważiv ta' 100 %. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni applikat żieda fil-multa ta' 50 % minħabba reċidività, bi ksur ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Linji ta' gwida għall-kalkolu tal-multi.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).
(2) Avviż tal-Kummissjoni — Linji ta' gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU 1998 C 9, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy