25.8.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 199/39
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ġunju 2007 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-214/07)
(2007/C 199/75)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkiás, G. Kanellopoulos)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiġi annullata in toto d-deċiżjoni kkontestata, sussidjarjament tiġi mibdula skond kif inhu ppreċiżat b'mod aktar partikolari fid-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni, jiġifieri li r-rettifika korrispondenti tiġi limitata għal 24 xahar li huma effettivament meħuda in kunsiderazzjoni, ma sseħħ l-ebda rettifika fis-settur tal-ħxejjex prodotti f'raba' li jinħarat għas-sena tal-ġbir 2003 jew, fi kwalunkwe każ, ir-rettifika tiġi limitata biss għal 2 % ta' l-ispejjeż għas-smid, ma sseħħ l-ebda rettifika finanzjarja fis-settur tal-miżuri għal prodotti agrikoli speċifiċi favur l-ġżejjer żgħar tal-baħar Eġew jew, fi kwalunkwe każ, din tiġi limitata għal 2 %;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika Ellenika, permezz tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1663 finali, tat-18 ta' April 2007 ippubblikata bin-numru 2007/243/KE (ĠU 2007, L 106, p. 55) li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri — u f'dan il-każ ir-Repubblika Ellenika — abbażi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, Taqsima tal-Garanzija (FAEGG), tinvoka l-motivi ta' annullament li ġejjin:
Permezz ta' l-ewwel motiv ġeneriku ta' annullament, li jirrigwarda r-rettifika fis-setturi tal-ħxejjex prodotti f'raba' li jinħarat, għall-arranġamenti POSEI, u fis-settur ta' l-ipproċessar tat-tadam, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret forma proċedurali sostanzjali, billi naqset milli żżomm diskussjoni dwar l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur attribwit lill-Greċja, tad-dannu subit mill-Komunità u ta' l-ammont tar-rettifika; sussidjarjament, skond ir-rikorrenti d-deċiżjoni għandha tiġi annullata minħabba l-inkompetenza temporanja tal-Kummissjoni li timponi rettifiki wara l-24 xahar ta' qabel l-att li permezz tiegħu hija esprimiet il-pożizzjoni finali dwar din ir-rettifika u l-ammont tagħha.
Permezz tat-tieni motiv ta' annullament, li jirrigwarda r-rettifika tal-ħxejjex prodotti f'raba' li jinħarat, ir-rikorrenti tinvoka interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 508/92 (1), ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1593/2000 (2), u ta' l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 (3), peress li, bis-saħħa ta' dawn id-dispożizzjonijiet huwa permess li jiġu identifikati beni immobbili anki b'materjal ieħor kartografiku ekwivalenti għar-ritratti meħuda mill-ajru li l-iskala tagħhom tkun uniformi b'mod li jitqiesu bħala mappa, sussidjarjament, evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u motivazzjoni insuffiċjenti tar-rettifiki in kwistjoni. Ir-rikorrenti tinvoka wkoll interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 445/2002, sussidjarjament, evalwazzjoni żbaljata tal-fatti li jirrigwardaw il-kontrolli fuq il-post u l-perijodu li saru matulu, kif ukoll nuqqas ta' bażi legali sabiex issir ir-rettifika peress li, skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni interpretat l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 (4) b'mod żbaljat. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-emenda ta' 10 % għall-ispejjeż tas-smid, il-Kummissjoni evalwat il-fatti b'mod żbaljat u marret lilhinn mil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha.
Permezz tat-tielet motiv ta' annullament ir-rikorrenti ssostni li bl-impożizzjoni tar-rettifiki ta' 5 % u ta' 10 % għall-ħxejjex prodotti f'raba' li jinħarat ġie miksur il-prinċipju ta' proporzjonalità safejn, meta mqabbla mas-snin preċedenti, it-titjib tas-sistema kien sostanzjali, u barra minn hekk, kienu anki indikati mill-Kummissjoni.
Permezz tar-raba' motiv ta' annullament li jirrigwarda l-arranġamenti POSEI — Gżejjer Żgħar tal-Baħar Eġew, ir-rikorrenti ssostni (a) li kienu interpretati b'mod żbaljat u applikati l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 (5), u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93 (6), dwar il-verifika ta' l-arranġamenti tal-provvista tal-gżejjer żgħar ta' l-Eġew, sussidjarjament, li l-fatti kienu interpretati b'mod żbaljat peress li l-awtoritajiet Griegi għamlu dak li kien meħtieġ mir-regolamenti, (b) li, b'mod simili, għal dak li jirrigwardaw it-tkabbir tal-patata u s-siġar taż-żebbuġ tal-ġżejjer żgħar ta' l-Eġew, il-fatti ġew ukoll evalwati b'mod żbaljat peress li s-sistema LPIS (7) u r-reġistri kienu jaħdmu regolarment u, fi kwalunkwe każ, għal nuqqasijiet żgħar bħal dawn kienet ġiet imposta fuq ir-rikorrenti r-rettifika ġenerali ta' l-iskema tal-ħxejjex prodotti f'raba' li jinħarat u ma jistax jiġi mifhum għaliex qed tiġi imposta t-tieni sanzjoni għall-istess raġuni għall-iskemi individwali u, fl-aħħar nett, (ċ) li fir-rettifika għall-arranġamenti POSEI ġie miksur il-prinċipju ta' proporzjonalità.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92, tas-27 ta' Novembru 1992, li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità (ĠU 1992, L 355, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1593/2000, tas-17 ta' Lulju 2000, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li jistabbilixxi sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll għal xi skemi ta'għajnuna Komunitarja (ĠU 2000, L 182, p. 4).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002 tas-26 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU 2002, L 74, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta' Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU 2000, L 327, p. 11).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93, tad-19 Lulju 1993, li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Aegean iż-żgħar rigward ċerti prodotti agrikoli (ĠU 1993, L 184, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2958/93, tas-27 ta' Ottubru 1993, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 f'dak li jirrigwarda l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU 1993, L 267, p. 4).
(7) Sistema ta' identifikazzjoni ta' biċċiet ta' art.
Full & Egal Universal Law Academy