22.9.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/15
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Lulju 2007 — Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il-Kunsill
(Kawża T-274/07)
(2007/C 223/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
li jiġu annullati l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta' April 2007, safejn jikkonċernaw ir-rikorrenti; u
—
li l-Kunsill jiġi ordnat ibati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, li timmanifattura twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ u l-partijiet tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta' April 2007, li jistabbilixxi dazju definittiv kontra d-dumping u li jimponi definittivament id-dazju provviżorju stabbilit fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u milll-Ukraina (1) safejn jikkonċerna r-rikorrenti.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, l-ewwel nett, issostni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament Bażiku (2) peress li l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal miżuri kontra d-dumping lill-Kunsill ibbażata fuq evalwazzjoni żbaljata li r-rikorrenti ma ssoddisfatx il-kriterji għall-istatus ta' ekonomija tas-suq, imsemmija fl-Artikolu 2(7)(ċ).
It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament Bażiku u d-dritt għal smigħ peress li r-rikorrenti ngħatat sitt ijiem biss sabiex twieġeb għall-ittra finali riveduta ta' żvelar ta' l-informazzjoni tal-Kummissjoni.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku billi naqsu milli ma kkunsidrawx b'mod xieraq l-impenn fil-prezz offrut mir-rikorrenti.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Bażiku billi ma żvelawx l-identità ta' min għamel l-ilment li ta bidu għall-investigazzjoni li tat lok għar-regolament ikkontestat.
(1) ĠU 2007 L 109, p. 12.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l- importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996 L 56, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy