10.11.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 269/49
Rikors imressaq fis-16 ta' Awwissu 2007 — Tegebauer vs Il-Parlament
(Kawża T-308/07)
(2007/C 269/89)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ingo-Jens Tegebauer (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Nieporte, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet ta' l-20 ta' Ġunju 2007 relatata mal-petizzjoni Nru 95/2007;
—
torna li l-Parlament ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007, li tiċħad il-petizzjoni tiegħu mingħajr eżami ulterjuri, bis-saħħa ta' l-Artikolu 191(6) tar-Regoli tal-Parlament Ewropew. Din il-petizzjoni tikkonċerna l-irkupru parzjali tal-kumpens imħallas waqt perijodu ta' prova bħala preparazzjoni għal karriera superjuri fi ħdan l-amministrazzjoni ġenerali fil-belt ta' Braunschweig.
Ir-rikorrent isostni in sostenn tar-rikors tiegħu li d-deċiżjoni kkontestata mhijiex suffiċjentement immotivata. Huwa jqis barra minn hekk li l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu soddisfatti mill-petizzjonijiet taħt l-Artikolu 194 KE, b'mod partikolari r-rabta ma' qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea, ġew soddisfatti.
Full & Egal Universal Law Academy