20.10.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/39
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2007 — Patrick Holding vs L-UASI — Cassera (PATRICK EXCLUSIVE)
(Kawża T-327/07)
(2007/C 247/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cassera SpA (Milan, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni meħuda mit-Tieni Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fit-28 ta' Ġunju 2007 fil-Każ Nru R 727/2006-2 u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark ikkontestata;
—
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “PATRICK EXCLUSIVE” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni Nru 3 063 427
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Cassera SpA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi u verbali Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali “G. Patrick” għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fit-totalità tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 peress li ma teżistix probabiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy