10.11.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 269/65
Rikors imressaq fl-14 ta' Settembru 2007 — El Fatmi vs Il-Kunsill
(Kawża T-362/07)
(2007/C 269/119)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Nouriddin El Fatmi (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: J. Pauw, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara lir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 inapplikabbli u/jew tannulla d-Deċiżjoni 2007/445 safejn dawn it-testi japplikaw għar-rikorrent.
—
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni l-ewwel nett li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1) huwa inapplikabbli għalih billi mhemm l-ebda rabta bejn il-politika barranija u ta' sigurtà komuni miegħu nnifsu.
It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li r-Regolament Nru 2580/2001 ma japplikax għalih billi la wettaq atti terroristiċi u lanqas bi ħsiebu jwettaq jew li jipparteċipa u li jiffaċilita t-twettiq tagħhom.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità u mhijiex immotivata biżżejjed.
(1) ĠU L 344, p. 70.
Full & Egal Universal Law Academy