24.11.2007
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 283/36
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2007 — Patrick Holding ApS vs L-UASI — Cassera (Patrick Exclusive)
(Kawża T-370/07)
(2007/C 283/65)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cassera SpA (Milan, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Lulju 2007 fil-każ R1447/2005-2;
—
tordna li l-konvenut jirreġistra t-trade mark ikkontestata;
—
tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Patrick Holding ApS
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja “PATRICK EXCLUSIVE” għal prodotti fil-klassi 25 (Applikazzjoni Nru 2 946 424)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Cassera SpA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja “G. Patrick” għal prodotti fil-klassijiet u 25 u t-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali “G. Patrick” għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94
Full & Egal Universal Law Academy