12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/19
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2007 — Kaul vs L-UASI — Bayer (ARCOL)
(Kawża T-402/07)
(2008/C 8/34)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kaul GmbH (Elmshorn, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
li tiġi annullata d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-1 ta' Awwissu 2007 fil-kawża R 782/2000-2, dwar l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 49 106 “CAPOL” kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 195 370 “ARCOL”;
—
li tiġi milqugħa l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 195 370;
—
li l-konvenut jiġi ordnat ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bayer AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali Komunitarja “ARCOL” għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 20 — Applikazzjoni Nru 195 370
Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Kaul GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja “CAPOL” għal prodotti fil-klassi 1
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Rifjut ta' l-oppożizzjoni fl-intier tagħha.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b), 63(6), 73, u 74 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (il-“CTMR”).
Skond l-applikant, il-Bord ta' l-Appell naqas milli jieħu in kunsiderazzjoni l-obbligi stabbiliti mill-Artikoli 63(6) u 73 tal-CTMR peress li ma mexiex fuq il-gwida pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-29/05 P u billi ma eżerċita ebda setgħa diskrezzjonali skond l-Artikolu 74(2) tal-CTMR. Barra minn hekk, l-applikant issostni li l-Bord ta' l-Appell naqas milli jagħti r-raġunijiet li fuqhom huwa bbaża d-deċiżjoni tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy