12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/21
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2007 — Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe vs L-UASI (P@YWEB CARD)
(Kawża T-405/07)
(2008/C 8/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schouman, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, ta' l-10 ta' Lulju 2007, innotifikata fl-14 ta' Settembru 2007, Kawża R 119/2007-1, safejn din irrifjutat ir-reġistrazzjoni mitluba għat-trade mark Komunitarja “P@YWEB CARD”, applikazzjoni Nru 3 861 044, għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 9, 36 u 38;
—
tordna r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja P@YWEB CARD Nru 3 861 044, għall-prodotti u s-servizzi kollha mitluba.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “P@YWEB CARD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 3 861 044)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1) safejn, skond ir-rikorrenti u kuntrarjament għall-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu “P@YWEB CARD” mhuwiex deskrittiv iżda, b'mod kuntrarju, distintiv meta mqabbel mal-prodotti u servizzi mitluba.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy