12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/21
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2007 — Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe vs L-UASI (PAYWEB CARD)
(Kawża T-406/07)
(2008/C 8/38)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schouman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-12 ta' Settembru 2007, innotifikata fis-17 ta' Settembru 2007, każ R 1130/2006-1, safejn tiċħad l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja PAYWEB CARD, applikazzjoni Nru 3 861 051, għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-klassijiet 9, 36 u 38;
—
tordna r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja PAYWEB CARD Nru 3 861 051, għall-prodotti u s-servizzi kollha mitluba.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “PAYWEB CARD” għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 3 861 051)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (1) Nru 40/94 peress li, skond ir-rikorrenti u b'mod kuntrarju għall-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu “PAYWEB CARD” mhuwiex deskrittiv iżda, għall-kuntrarju, huwa distintiv fil-konfront tal-prodotti u s-servizzi mitluba.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy