12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/22
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2007 — CMB u Christof vs Il-Kummissjoni u l-AER
(Kawża T-407/07)
(2008/C 8/39)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CMB Maschinenbau & Handels GmbH (Gratkorn, l-Awstrija) u J. Christof GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Petsche, N. Niejahr u Q. Azau, avukati, u F. Young, solicitor)
Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni;
—
tornda lill-AER tipproduċi ċerti dokumenti;
—
tikkundanna lill-AER tħallas kumpens għad-danni sostnuti mir-rikorrenti, li jammontaw għal EUR 26 862,17 u EUR 3 197 968,80 għal spejjeż u dħul mitluf, kif ukoll interessi mid-data meta seħħ id-dannu;
—
tikkundanna lill-AER tħallas interessi fuq il-kumpens mid-data tad-deċiżjoni;
—
tikkundanna lill-AER u lill-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni tad-29 ta' Awwissu 2007 li tikkonferma ċ-ċaħda ta' l-offerta tar-rikorrenti u l-għotja lil offerent ieħor tal-kuntratt li jirrigwarda s-sejħa għal offerti EuropeAid/124192/D/SUP/YU (ĠU 2006/S 233-248823), għall-provvista, kunsinna, installazzjoni, servizzi ta' wara l-bejgħ u taħriġ fl-użu ta' provvisti għat-trattament u t-trasport ta' skart mediku fir-Repubblika tas-Serbja (minbarra l-Kosovo). Barra minn hekk, ir-rikorrenti jitolbu l-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat mid-deċiżjoni.
In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-awtorità kontraenti kisret il-kriterji ta' l-għotja fis-sejħa ta' l-offerti, peress li l-offerta ta' l-offerenti rebbieħ ma kinitx tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet teknici.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jallegaw li l-awtorità kontraenti kisret il-proċedura ta' għoti ta' kuntratt applikabbli, li ma tatx raġunijiet u li kisret il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy