12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/22
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2007 — Crunch Fitness International vs L-UASI — ILG (CRUNCH)
(Kawża T-408/07)
(2008/C 8/40)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Crunch Fitness International Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Barry, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: ILG Ltd (Dun Laoghaire, l-Irlanda)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell fir-rigward tal-klassi 41 tat-trade mark Komunitarja;
—
iżżomm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għal servizzi fil-klassi 41; u
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż kemm f'dawn il-proċeduri kif ukoll fl-appell quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva 'CRUNCH' għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41 — Trade mark Komunitarja Nru 62 083
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ILG Ltd
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 25
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja anki għas-servizzi fil-klassi 41
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 50(1)(a), sussidjarjament ta' l-Artikolu 50(2), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta sab li ma kienx hemm użu ġenwin tat-trade mark in kwistjoni fil-Komunità fir-rigward tas-servizzi fil-klassi 41.
Full & Egal Universal Law Academy