12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/23
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Cohausz vs L-UASI — Izquierdo Faces (acopat)
(Kawża T-409/07)
(2008/C 8/41)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Prof. Dr.-Ing. Helge B. Cohausz (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Friedhoff, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: José Izquierdo Faces (Bilbao, Spanja)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla l-att ikkontestat [id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Settembru 2007 fil-kawża R 289/2006-1];
—
tikkundanna lill-intervenjent u/jew (lill-UASI) jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: Il-marka figurattiva “acopat” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 1 643 782
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: José Izquierdo Faces
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' l-invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' l-invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “COPAT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarju
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċ-ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u r-Regoli 22(2) u 40(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, peress li l-Bord ta' l-Appell kien żbaljat meta ddeċieda li t-trade mark nazzjonali ma kinitx intużat fil-Ġermanja matul il-perijodu mill-1996 sa l-2001.
Full & Egal Universal Law Academy