12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/26
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2007 — RedEnvelope vs L-UASI — Red Letter Days (REDENVELOPE)
(Kawża T-416/07)
(2008/C 8/46)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: RedEnvelope Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Poulter, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Red Letter Days Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell, ta' l-14 ta' Settembru 2007, Nru R 756/2005-1, safejn id-deċiżjoni taċċetta li jiġu ppreżentati provi ġodda in sostenn tal-motvi ta' oppożizzjoni; tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti għal dan l-appell
—
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REDENVELOPE”
għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 — applikazzjoni Nru 1 601 392
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Red Letter Days Ltd
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade marks verbali u figurattivi nazzjonali, kemm reġistrati kif ukoll mhux reġistrati, “RED LETTER”, “RED LETTER DAYS” u “RED LETTER DAYS PLC”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 21, 22, 25, 26, 33, 36, 39, 41, 42, 43 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni intlaqgħet parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u r-rinviju tal-każ lid-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, sabiex din tkun tista' tagħmel evalwazzjoni supplementari inkwantu għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell aċċetta li jiġu ppreżentati provi ġodda, liema fatt ser jippermetti lid-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tiddeċiedi abbażi ta' provi li ma kinux disponibbli fl-istadji preċedenti tal-proċedimenti u li r-rikorrenti qatt ma kellha l-opportunità li tikkummenta dwarhom quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy