12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/26
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Lodato & C vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-417/07)
(2008/C 8/47)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Lodato Gennaro & C. Spa (Castel San Giorgio, l-Italja) (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
li tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2007, SG/E/3/MIB/frw D(2007) 8690;
—
li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-preżenti rikors qed isir kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2007, li biha ġie miċħud l-aċċess għal xi dokumenti mibgħuta mill-Gvern Taljan lill-Kummissjoni waqt eżami preliminari ta' għajnuna ta' l-Istat Nru 701/98 u ta' l-għajnuna ta' l-Istat Nru 824/01, b'riferiment għall-oppożizzjoni għall-iżvelar min-naħa tal-Gvern Taljan wara konsultazzjoni mad-dipartimenti tal-Kummissjoni.
In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1). Huwa ddikjarat f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni żbaljat meta interpretat din id-dispożizzjoni fis-sens li tagħti lill-Istati Membri setgħa li jipprojbixxu l-iżvelar ta' dokumenti ġejjin mill-Istat Membru u miżmuma mill-Istituzzjonijiet Komunitarji.
(1) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy