26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/46
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (100)
(Kawża T-425/07)
(2008/C 22/87)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, radca prawny)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tannulla kompletament id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2007, Nru R 1275/2006-4;
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “100” għall-prodotti u s-servizi kklassifikati fil-klassijiet 16, 28 u 41 (talba Nru 3 875 416)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut tar-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors
Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 40/94 (1), għaliex skond ir-rikorrent is-sinjal “100” mhuwiex deskrittiv u ma għandux karattru distintiv għall-prodotti u s-servizzi indikati.
(1) Regolament (KE) tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1993, Nru 40/93, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy