26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/47
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Mirto Corporación Empresarial vs L-UASI — Maglificio Barbara (Mirtillino)
(Kawża T-427/07)
(2008/C 22/89)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mirto Corporación Empresarial, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Maglificio Barbara Srl
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Awwissu 2007 fil-Każ Nru R 875/2006-2;
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja:Maglificio Barbara Srl
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Mirtillino” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 3 252 467)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Creaciones Mirto, S.A.; ir-rikorrenti wara t-trasferiment tat-trade marks invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “MIRTO” (Trade mark Komunitarja Nru 1 653 351) għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 u diversi trade marks oħra verbali u figurattivi nazzjonali “MIRTO”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Id-deċiżjoni kkontestata ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet miċħuda
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy