26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/48
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Novembru 2007 — Bodegas Montebello vs L-UASI — Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)
(Kawża T-430/07)
(2008/C 22/91)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Montebello, S.A., (Montilla, Spanja) (rappreżentanti: T. Andrade Boué, M.I. Lehmann Novo, u A. Hernández Lehmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Montebello (limited company) (Guadalupe, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-UASI tas-7 ta' Settembru 2007 fil-kawża R 223/2007-2;
—
tiċħad it-trade mark Komunitarja Nru 2.666.386;
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż inklużi dawk ta' l-intervenjenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Montebello (limited company)
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “MONTEBELLO” Rhum Agricole (Applikazzjoni Nru 2.266.386) għal prodotti fil-klassi 33 (xorb alkoħoliku minbarra birer)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: L-applikant.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola “MONTEBELLO” Nru 1.148.196) għal prodotti fil-klassi 33.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni hija milqugħa u annullata.
Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy