9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/24
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2007 — Gebr. Heller Maschinenfabrik vs L-UASI — Fernández Martinez (HELLER)
(Kawża T-431/07)
(2008/C 37/38)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gebr. Heller Maschinenfabrik (Nürtingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Kessler u S. Baur, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell tal-UASI: Manuel Fernández Martinez (Alicante, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-UASI tal-11 ta' Settembru 2007 fil-każ R 974/2006-2;
—
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra quddiem it-Tieni Bord ta' l-Appell, Manuel Fernández Martinez;
—
tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, Manuel Fernández Martinez, sabiex tbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni u quddiem il-Bord ta' l-Appell tal-UASI u ta' din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Gebr. Heller Maschinenfabrik
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “HELLER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 37 u 40 (Applikazzjoni Nru 3 306 602).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal iċċitat fil-proċedura ta' oppożizzjoni: Manuel Fernández Martinez.
Trade mark jew sinjal iċċitat fl-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Spanjola “HELLER” għal prodotti fil-klassi 7 (Nru 2 520 584).
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: laqgħet l-oppożizzjoni u ċaħdet l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħad l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy