9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/25
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2007 — Volvo Trademark Holding vs L-UASI
(Kawża T-434/07)
(2008/C 37/39)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Gothenburg, l-Iżvezja) (rappreżentanti: T. Dolde, V. von Bomhard, A. Renck, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Elena Grebenshikova (San Pietruburgu, ir-Russja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' Awwissu 2007 fil-każ Nru R 1240/2006-2; u
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Elena Grebenshikova
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “SOLVO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 — applikazzjoni Nru 3 555 422
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali u figurattiva Komunitarja u nazzjonali “VOLVO” għal, inter alia, prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks in kwistjoni huma simili mil-lat viżiv u fonetiku, u peress li l-Bord ta' l-Appell ma kkunsidrax il-fatturi kollha relevanti, inkluża l-identiċità tal-prodotti kkonċernati u r-reputazzjoni tal-VOLVO.
Full & Egal Universal Law Academy