9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/26
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2007 — Spa Monopole vs L-UASI — De Francesco Import (SpagO)
(Kawża T-438/07)
(2008/C 37/41)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belgju) (rappreżentanti: L. de Brouwer, E. Cornu, E. De Gryse u D. Moreau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: De Francesco Import GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-13 ta' Settembru 2007, fil-każ R 1285/2006-2;
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: De Francesco Import GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SpagO” għal prodotti fil-klassi 33 — applikazzjoni Nru 2 320 844
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali “SPA”, “SPA Citron” u “SPA Orange” għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet milqugħa integralment
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u ċ-ċaħda ta' l-oppożizzjoni
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell, issottovaluta r-reputazzjoni ta' SPA fil-Benelux u ma ħax in kunsiderazzjoni b'mod suffiċjenti l-fatturi segwenti:
—
ix-xebh orali u viżiv tat-tade marks in kwistjoni;
—
il-fatt li l-użu tat-trade mark “SpagO” għax-xarbiet alkoħoliċi kien ikun ta' preġudizzju għar-reputazzjoni ta' l-ilma minerali “SPA”, li bena r-reputazzjoni tiegħu fuq il-kwalità u l-purità għolja tiegħu u fuq l-effetti favorevoli għas-saħħa;
—
il-fatt li l-użu ta' “SpagO” għal xarbiet japprofitta inġustament mir-reputazzjoni tat-trade mark “SPA” u l-immaġni tagħha marbuta ma' kwalità u purità.
Full & Egal Universal Law Academy