9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/33
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2007 — Dylog Italia vs L-UASI — GSI Office Management (IP Manager)
(Kawża T-453/07)
(2008/C 37/52)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dylog Italia SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentant: A.Ruo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: GSI Office Management GmbH (Planegg, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-27 ta' Settembru 2007, fil-każ R982/2005-4, safejn dan ikkonkluda li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni fir-rigward tas-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fil-klassijiet 35 u 38, kif ukoll għas-servizzi fil-klassi 42, li ġie kkonstatat li huma simili għall-prodotti koperti mit-trade mark Taljana preċedenti;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn il-Bord ta' l-Appell ikkonkluda li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni għas-servizzi kollha fil-klassijiet 38 u 42 li ġie kkonstatat li huma simili għall-prodotti koperti mit-trade mark Taljana preċedenti;
—
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: GSI Office Management GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali Komunitarja “IP MANAGER” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 41 u 42 — applikazzjoni Nru 2 177 277
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti “MANAGER” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 39, 41 u 42, kif ukoll it-trade mark verbali nazzjonali “HOTEL MANAGER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94.
Full & Egal Universal Law Academy