23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/47
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — Dominio de la Vega, S.L. vs L-UASI — Ambrosio Velasco (DOMINIO DE LA VEGA)
(Kawża T-458/07)
(2008/C 51/88)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Dominio de la Vega, S.L. (Requena, Spanja) (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell y Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ambrosio Velasco, S.A. (Dicastillo, Navarra, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Ottubru 2007, każ R 1431/2006-2, u konsegwentement tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Ambrosio Velasco, S.A.;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “DOMINIO DE LA VEGA” għal prodotti fil-klassijiet 33, 42 u 43 (Applikazzjoni Nru 2 789 576).
Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ambrosio Velasco, S.A.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja (Nru 78 147) “PALACIO DE LA VEGA” għal prodotti fil-klassi 33.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni għall-prodotti kollha li kontrihom kienet diretta, fil-klassi 33, u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal dawn il-prodotti.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell.
Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li bejn is-sinjali konfliġġenti ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy