23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/48
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2007 — Nokia vs L-UASI — Medion (LIFE BLOG)
(Kawża T-460/07)
(2008/C 51/90)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nokia Oyj (Helsinki, il-Finlanja) (rappreżentanti: J. Tanhuanpää, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Medion AG (Essen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tat-2 ta' Ottubru 2007 tat-Tieni Bord ta' l-Appell fil-Każ R 141/2007-2 u tibgħat il-każ lura lill-UASI għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali Komunitarja “LIFE BLOG” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 — applikazzjoni Nru 3 564 366
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Medion AG
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks nazzjonali u internazzjonali “LIFE” u “LIFETEC” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 8, 9, 10, 11, 16, 21, 28, 37, 38, 41, u 42; it-trade mark nazzjonali u internazzjonali “LIFESAT” għal prodotti fil-klassi 9 u t-trade mark nazzjonali “Lifesign” għal prodotti fil-klassijiet 9, 14 u 16
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħdet parzjalment l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Laqa' l-oppożizzjoni u ċaħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.
Full & Egal Universal Law Academy