23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/51
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-463/07)
(2008/C 51/93)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, Avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/627/KE tat-3 ta' Ottubru 2007, innotifikata fl-4 ta' Ottubru 2007, safejn eskludiet minn finanzjament Komunitarju u imponiet fuq il-baġit tar-Repubblika Taljana l-konsegwenzi finanzjarji applikabbli fil-kuntest tal-likwidazzjoni ta' l-ispejjeż iffinanzjati taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG).
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti tikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, safejn teskludi minn finanzjament Komunitarju u timponi fuq ir-Repubblika Taljana l-konsegwenzi finanzjarji applikabbli fil-kuntest tal-likwidazzjoni ta' l-ispejjeż iffinanzjati taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG),.
L-ispejjeż attwalment esklużi minn dan il-finanzjament u li jikkostitwixxu s-suġġett prinċipali tar-rikors jirrigwardaw il-primjums għall-bovini, il-kontroll ta' l-imtieħen taż-żejt, l-eżistenza tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ u tas-SIĠ (sistema ta' informazzjoni ġeografika) tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, il-kontroll tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni, il-verifika tad-destinazzjonijiet taż-żejt u l-għalf imnixxef.
In sostenn ta' l-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ksur:
—
ta' l-Artikoli 15 u 24(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta' Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92;
—
ta' l-Artikoli 9a(1) u l-Artikoli 3, 10, 16, 26 u 28(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98, tat-30 ta' Ottubru 1998, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tal-marketing 1998/99, 1999/2000 u 2000/01;
—
ta' l-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE, tat-22 ta' Settembru 1966, dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet;
—
ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84, tas-17 ta' Lulju, 1984, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta' għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta' għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa;
—
ta' l-Artikoli 2, 8, 13 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/95, tas-6 ta'April 1995. li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-għalf imnixxef.
Full & Egal Universal Law Academy