23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/51
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2007 — Korsch vs L-UASI
(Kawża T-464/07)
(2008/C 51/94)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Korsch AG (Berlin, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Grzam, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-18 ta' Ottubru 2007 (Każ R 924/2007-4), dwar it-trade mark verbali Nru 5 309 836, PharmaResearch, u
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż, kemm tal-kawża preżenti kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali PharmaResearch għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 (applikazzjoni Nru 5 309 836).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li ma kien ebda raġuni għal rifjut.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy