29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/28
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni vs CAE Consulting
(Kawża T-474/07)
(2008/C 79/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Franciż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët, S. Lejeune, aġenti, u O. Prost, avocat)
Konvenuta: CAE Consulting GmbH (Sexau, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara u tiddeċiedi li r-rikors tal-Kummissjoni huwa ammissabbli u fondat skond il-liġi u tilqa' t-talba tiegħu;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 25 574 bħala somma kapitali, miżjuda, bħala imgħaxijiet minħabba dewmien, bis-somma ta' EUR 10 189,31 sal-31 ta' Diċembru 2007, u mill-1 ta' Jannar 2008 sal-pagament effettiv, bir-rata ta' EUR 3.67 għal kull jum ta' dewmien, imgħaxijiet li għandhom ukoll jiġu kapitalizzati mill-31 ta' Mejju 2001;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
B'dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura s-somma mħallsa lilha bil-quddiem mill-Komunità, flimkien ma' l-imgħaxijiet minħabba dewmien, wara n-nuqqas min-naħa tagħha li teżegwixxi l-parti tal-kuntratt ta' sussidju (“Cost reimbursement contract”) EP Nru 26970 konkluż mal-konsorzju li tiegħu hija kienet membru u li jikkonċerna l-proġett bl-isem “Neutral Archiving of EDA Data (ARCHIVE)” magħmul fil-kuntest tar-Raba' Programm Strateġiku Ewropew ta' Riċerka u Żvilupp fil-qasam tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni (ESPRIT) (1994-1998).
Full & Egal Universal Law Academy